Jekk il-konjuġi superstiti jiret is-sehem tal-konjuġi mejjet tar-residenza unika tagħhom allura l-konjuġi superstiti jkun eżentat mit-taxxa;
L-ulied ikunu eżentati mit-taxxa meta jirtu r-residenza tal-ġenituri tagħhom sakemm id-dikjarazzjoni ta’ Causa Mortis issir fi żmien sena mid-data tal-mewt;
It-taxxa ta’ Causa Mortis hija applikabbli għal proprjetà immobbli li tinsab f’Malta u f’Għawdex, irrispettivament mill-post tar-residenza jew in-nazzjonalità tal-persuna mejta u/jew tal-eredi;
Jekk xi wieħed mill-ulied ikun fuq ir-Reġistru ta’ Persuni b’Diżabilità miżmum mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u jidentifika lilu nnifsu bħala tali fuq id-dikjarazzjoni ta’ Causa Mortis relattiva permezz ta’ karta tal-identità maħruġa mill-imsemmija Kummissjoni, huwa jkun eżentat milli jħallas it-taxxa ta’ Causa Mortis fuq il-proprjetà kollha li tintiret mill-ġenituri. Kapitolu 364 artikolu 35(b)(iv)(b).
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.