1) Liema dokumenti huma meħtieġa biex wieħed japplika għal rifużjoni?
Rifużjoni ta’ Konvenju: Ittra ta’ akkumpanjament fejn għandu jiġu enfasizzat l-indirizz tal-kontribwenti, notifika tal-PoS, irċevuta u ftehim tal-kanċellazzjoni.
Rifużjoni għal First-Time Buyers: Ittra ta’ akkumpanjament fejn għandu jiġu enfasizzat l-indirizz tal-kontribwenti u kopja tal-att.
Rifużjoni għal Second-Time Buyers: Ittra ta’ akkumpanjament fejn għandu jiġu enfasizzat l-indirizz tal-kontribwenti, kopja tal-att tal-bejgħ, kopja tal-att tal-akkwist u tfittxijiet ta’ trasferimenti mill-età ta’ 16-il sena sad-data meta sar l-aħħar kuntratt.
Rifużjoni għal Second-Time Buyers għal persuni b’diżabilità: Ittra ta’ akkumpanjament fejn għandu jiġu enfasizzat l-indirizz tal-kontribwenti, kopja tal-att tal-bejgħ, kopja tal-att tal-akkwist u tfittxijiet ta’ trasferimenti mill-età ta’ 16-il sena sad-data met sar l-aħħar kuntratt. Prova li l-persuna b’diżabilità hija rreġistrata mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, prova li din il-persuna tibbenefika minn Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tad-diżabilità u rapport minn Terapista Okkupazzjonali li l-ewwel residenza ma kinitx adegwata għall-ħtiġijiet ta’ din il-persuna.
Rifużjoni ta’ Residenza Waħda: Ittra ta’ akkumpanjament fejn għandu jiġu enfasizzat l-indirizz tal-kontribwenti, att tal-bejgħ tal-proprjetà antika u att tal-akkwist tal-proprjetà l-ġdida.
Rifużjoni ta’ UCA: Ittra ta’ akkumpanjament fejn għandu jiġu enfasizzat l-indirizz tal-kontribwenti, att tal-akkwist tal-proprjetà u ċertifikat tal-UCA.
2) Fejn għandek tapplika għal rifużjoni?
L-applikazzjonijiet għal rifużjoni jistgħu jintbagħtu: lid-Dipartiment tat-Taxxa fuq Trasferimenti Kapitali, 46, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
Id-dipartiment joħroġ konferma lill-Kontribwent, inkluż numru tal-fajl għal referenza.
3) X’inhuma l-perjodi ta’ żmien indikattivi biex jinħarġu r-rifużjonijiet?
Rifużjoni mhux se tieħu iktar minn 3 xhur biex tiġi pproċessata.
4) Min jista’ japplika għal rifużjoni?
Kemm in-nutar kif ukoll il-Kontribwent jistgħu japplikaw għal rifużjoni.
5) Ir-rifużjoni tista’ tinħareġ f’isem in-Nutar?
Rifużjoni tista’ tinħareġ f’isem in-Nutar jekk il-Kontribwent jagħti awtorizzazzjoni bil-miktub.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.