1) Irċevejt talba, u ma naqbilx mal-ammonti dovuti
Il-Kontribwent jista’ joġġezzjona billi jagħti raġunijiet validi biex jappoġġja din l-oġġezzjoni. L-oġġezzjonijiet għandhom isiru bil-miktub fi żmien 30 jum mis-servizz tat-talba.
L-oġġezzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi fiżikament, bil-posta, jew billi jintbagħtu bl-email fuq [email protected], filwaqt li jiġi kkwotat in-numru tat-talba.
Minkejja l-fatt li tiġi sottomessa oġġezzjoni, l-interess xorta jibda jakkumula minn 90 jum mid-data tat-talba.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.