Aġġornat l-Aħħar: 02/05/2019
A. Is-Sur X xtara appartament fit-30 ta’ Ġunju 2007, li se jkun qed ibigħ fil-15 ta’ Ġunju 2015. L-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fis-6 ta’ Settembru 2014.
Minħabba li l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 u l-proprjetà se tiġi ttrasferita mhux aktar tard minn tnax-il sena wara d-data tal-akkwist tagħha, is-Sur X għandu żewġ opzjonijiet:
B. Is-Sur X xtara appartament fit-30 ta’ Ġunju 2007, li se jkun qed ibigħ fil-15 ta’ Ġunju 2017. L-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fis-6 ta’ Settembru 2014.
Minħabba li l-proprjetà se tiġi ttrasferita wara l-31 ta’ Diċembru 2015 minkejja li l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 u l-proprjetà se tiġi ttrasferita mhux aktar tard minn tnax-il sena wara d-data tal-akkwist tagħha, is-Sur X ma jistax jagħżel li jeskludi t-trasferiment mis-sistema ta’ taxxa minn ras il-għajn finali. It-trasferiment se jkun soġġett għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 8% fuq il-valur tat-trasferiment li għandha tinġabar min-nutar fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-att tat-trasferiment.
C. Is-Sur X xtara appartament fit-30 ta’ Ġunju 2007, li se jkun qed ibigħ fil-15 ta’ Ġunju 2015. L-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fil-15 ta’ Diċembru 2014.
Minħabba li l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa wara s-17 ta’ Novembru 2014 it-trasferiment ma jistax jiġi eskluż mis-sistema tat-taxxa minn ras il-għajn finali u t-trasferiment se jkun soġġett għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 8% fuq il-valur tat-trasferiment li għandha tinġabar min-nutar fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-att tat-trasferiment.
D. Is-Sur X xtara appartament fit-30 ta’ Ġunju 2011, li se jkun qed ibiegħ fil-15 ta’ Ġunju 2015. L-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fis-6 ta’ Settembru 2014.
Minħabba li l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 u l-proprjetà se tiġi ttrasferita mhux aktar tard minn tnax-il sena wara d-data tal-akkwist tagħha, is-Sur X għandu żewġ opzjonijiet:
E. Is-Sur X xtara appartament fit-30 ta’ Ġunju 2011, li se jkun qed ibigħ fil-15 ta’ Ġunju 2015. L-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fil-15 ta’ Diċembru 2014.
Minħabba li l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa wara s-17 ta’ Novembru 2014 it-trasferiment ma jistax jiġi eskluż mis-sistema tat-taxxa minn ras il-għajn finali u t-trasferiment se jkun soġġett għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 5% fuq il-valur tat-trasferiment li għandha tinġabar min-nutar fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-att tat-trasferiment. Ir-rata ta’ 5% tapplika għaliex it-trasferiment qed isir mhux aktar minn ħames snin wara d-data tal-akkwist tal-proprjetà.
F. Is-Sur X xtara appartament fit-30 ta’ Ġunju 2002, li se jkun qed ibigħ fil-15 ta’ Ġunju 2015. L-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fis-6 ta’ Settembru 2014.
Is-Sur X ma jistax jagħżel li jeskludi t-trasferiment mis-sistema tat-taxxa minn ras il-għajn finali minħabba li t-trasferiment qed isir aktar minn 12-il sena wara d-data tal-akkwist tal-proprjetà. It-trasferiment se jkun soġġett għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 12% fuq il-valur tat-trasferiment li għandha tinġabar min-nutar fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-att tat-trasferiment. Ir-rata ta’ 12% tapplika għaliex il-proprjetà ġiet akkwistata qabel l-1 ta’ Jannar 2004 u l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014.
G. Is-Sur X xtara appartament fit-30 ta’ Ġunju 2002, li se jkun qed ibigħ fil-15 ta’ Ġunju 2015. L-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fil-15 ta’ Diċembru 2014.
Is-Sur X ma jistax jagħżel li jeskludi t-trasferiment mis-sistema tat-taxxa minn ras il-għajn finali minħabba li l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa wara s-17 ta’ Novembru 2014. It-trasferiment se jkun soġġett għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 10% fuq il-valur tat-trasferiment li għandha tinġabar min-nutar fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-att tat-trasferiment. Ir-rata ta’ 10% tapplika għaliex il-proprjetà ġiet akkwistata qabel l-1 ta’ Jannar 2004 u l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa wara s-16 ta’ Novembru 2014.
H. Is-Sur X xtara appartament fil-31 ta’ Diċembru 2003, li se jkun qed ibigħ fil-15 ta’ Ġunju 2015. L-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fis-6 ta’ Settembru 2014.
Minħabba li l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 u l-proprjetà se tiġi ttrasferita mhux aktar tard minn tnax-il sena wara d-data tal-akkwist tagħha, is-Sur X għandu żewġ opzjonijiet:
NOTA: L-eżempji A sa H hawn fuq japplikaw ukoll fil-każ fejn it-trasferent ikun kumpanija; madankollu r-rata tat-taxxa minn ras il-għajn finali mnaqqsa ta’ 5% msemmija fl-eżempju D hawn fuq tapplika jekk it-trasferiment ta’ proprjetà ma jkunx jifforma parti minn proġett.
I. Il-Kumpanija X xtrat art fil-31 ta’ Diċembru 2008, li ġiet żviluppata f’20 unità għall-bejgħ mill-ġdid. 10 minn dawn l-unitajiet li jiffurmaw parti mill-proġett li nbiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2014 kollha kienu soġġetti għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 12% peress li s-sid ma għażilx li jeskludi l-ewwel trasferiment mis-sistema ta’ taxxa minn ras il-għajn finali. Avviż ta’ konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 fir-rigward ta’ 5 unitajiet mhux mibjugħa. Il-Kumpanija X se tkun qed tittrasferixxi l-10 unitajiet li jifdal fl-2015.
Il-5 unitajiet li fir-rigward tagħhom ingħata avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jibqgħu soġġetti għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 12% fuq il-valur tat-trasferiment.
Il-5 unitajiet l-oħra li fir-rigward tagħhom ma ngħatax avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jkunu soġġetti għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 8% fuq il-valur tat-trasferiment.
J. Il-Kumpanija X xtrat art fil-31 ta’ Diċembru 2001, li ġiet żviluppata f’20 unità għall-bejgħ mill-ġdid. 10 minn dawn l-unitajiet li jiffurmaw parti mill-proġett li nbiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2014 kollha kienu soġġetti għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 12% peress li s-sid ma għażilx li jeskludi l-ewwel trasferiment mis-sistema ta’ taxxa minn ras il-għajn finali. Avviż ta’ konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 fir-rigward ta’ 5 unitajiet mhux mibjugħa. Il-Kumpanija X se tkun qed tittrasferixxi l-10 unitajiet li jifdal fl-2015.
Il-5 unitajiet li fir-rigward tagħhom ingħata avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jibqgħu soġġetti għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 12% fuq il-valur tat-trasferiment.
Il-5 unitajiet l-oħra li fir-rigward tagħhom ma ngħatax avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jkunu soġġetti għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 10% fuq il-valur tat-trasferiment. Ir-rata ta’ 10% tapplika għaliex l-art kienet akkwistata qabel l-1 ta’ Jannar 2004.
K. Il-Kumpanija X xtrat art fil-31 ta’ Diċembru 2008, li ġiet żviluppata f’20 unità għall-bejgħ mill-ġdid. 10 minn dawn l-unitajiet li jiffurmaw parti mill-proġett li nbiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2014 kollha kienu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt peress li s-sid għażel li jeskludi l-ewwel trasferiment mis-sistema ta’ taxxa minn ras il-għajn finali. Avviż ta’ konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 fir-rigward ta’ 5 unitajiet mhux mibjugħa. Il-Kumpanija X se tkun qed tittrasferixxi l-10 unitajiet li jifdal fl-2015.
Il-5 unitajiet li fir-rigward tagħhom ingħata avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jibqgħu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt.
Il-5 unitajiet l-oħra li fir-rigward tagħhom ma ngħatax avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jkunu soġġetti għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 8% fuq il-valur tat-trasferiment.
L. Il-Kumpanija X xtrat art li ma tinsabx f’żona magħżula speċjali fil-31 ta’ Diċembru 2003, li ġiet żviluppata f’20 unità għall-bejgħ mill-ġdid. 10 minn dawn l-unitajiet li jiffurmaw parti mill-proġett li nbiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2014 kollha kienu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt peress li s-sid għażel li jeskludi l-ewwel trasferiment mis-sistema ta’ taxxa minn ras il-għajn finali. Avviż ta’ konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 fir-rigward ta’ 5 unitajiet mhux mibjugħa li minnhom 3 se jiġu ttrasferiti qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 u t-tnejn l-oħra se jiġu ttrasferiti matul l-2016. Il-5 unitajiet li jifdal li fir-rigward tagħhom ma kienx irreġistrat avviż ta’ konvenju mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa huma mistennija li jinbiegħu matul l-2016.
Il-3 unitajiet li fir-rigward tagħhom ingħata avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jibqgħu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt peress li dawn se jinbiegħu fl-2015, jiġifieri se jinbiegħu qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ 12-il sena mid-data tal-akkwist tal-art.
Iż-żewġ unitajiet li fir-rigward tagħhom ingħata avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jkunu soġġetti għal taxxa ta’ 12% fuq il-valur tat-trasferiment peress li dawn se jinbiegħu wara l-31 ta’ Diċembru 2015 jiġifieri wara li jkun skada l-perjodu ta’ 12-il sena mid-data tal-akkwist tal-art. Ir-rata ta’ 12% tapplika għaliex l-art ġiet akkwistata qabel l-1 ta’ Jannar 2004 u l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014.
Il-5 unitajiet li jifdal li għalihom ma ġiex irreġistrat avviż ta’ konvenju mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa se jkunu soġġetti għal taxxa ta’ 10% fuq il-valur tat-trasferiment peress li l-art ġiet akkwistata qabel l-1 ta’ Jannar 2004.
M. Il-Kumpanija X xtrat art li tinsab f’żona magħżula speċjali fil-31 ta’ Diċembru 2003, li ġiet żviluppata f’20 unità għall-bejgħ mill-ġdid. 10 minn dawn l-unitajiet li jiffurmaw parti mill-proġett li nbiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2014 kollha kienu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt peress li s-sid għażel li jeskludi l-ewwel trasferiment mis-sistema ta’ taxxa minn ras il-għajn finali. Avviż ta’ konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 fir-rigward ta’ 5 unitajiet mhux mibjugħa li minnhom 3 se jiġu ttrasferiti qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 u t-tnejn l-oħra se jiġu ttrasferiti matul l-2016. Il-5 unitajiet li jifdal li fir-rigward tagħhom ma kienx irreġistrat avviż ta’ konvenju mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa huma mistennija li jinbiegħu matul l-2016.
Il-5 unitajiet li fir-rigward tagħhom ingħata avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jibqgħu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt irrispettivament minn meta jinbiegħu.
Il-5 unitajiet li jifdal li għalihom ma ġiex irreġistrat avviż ta’ konvenju mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa se jkunu soġġetti għal taxxa ta’ 10% fuq il-valur tat-trasferiment peress li l-art ġiet akkwistata qabel l-1 ta’ Jannar 2004.
N. Il-Kumpanija X xtrat art li ma tinsabx f’żona magħżula speċjali fl-1 ta’ Jannar 2004, li ġiet żviluppata f’20 unità għall-bejgħ mill-ġdid. 10 minn dawn l-unitajiet li jiffurmaw parti mill-proġett li nbiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2014 kollha kienu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt peress li s-sid għażel li jeskludi l-ewwel trasferiment mis-sistema ta’ taxxa minn ras il-għajn finali. Avviż ta’ konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 fir-rigward ta’ 5 unitajiet mhux mibjugħa li minnhom 3 se jiġu ttrasferiti qabel it-2 ta’ Jannar 2016 u t-tnejn l-oħra se jiġu ttrasferiti wara l-1 ta’ Jannar 2016. Il-5 unitajiet li jifdal li fir-rigward tagħhom ma ġiex irreġistrat avviż ta’ konvenju mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa huma mistennija li jinbiegħu wara l-1 ta’ Jannar 2016.
Il-3 unitajiet li fir-rigward tagħhom ingħata avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jibqgħu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt peress li dawn se jinbiegħu fl-2015, jiġifieri se jinbiegħu qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ 12-il sena mid-data tal-akkwist tal-art.
Iż-żewġ unitajiet li fir-rigward tagħhom ingħata avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jkunu soġġetti għal taxxa ta’ 12% fuq il-valur tat-trasferiment peress li dawn se jinbiegħu wara l-1 ta’ Jannar 2016 jiġifieri wara li jkun skada l-perjodu ta’ 12-il sena mid-data tal-akkwist tal-art. Ir-rata ta’ 12% tapplika għaliex l-avviż tal-konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014.
Il-5 unitajiet li jifdal li għalihom ma ġiex irreġistrat avviż ta’ konvenju mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa se jkunu soġġetti għal taxxa ta’ 8% fuq il-valur tat-trasferiment peress li l-art ġiet akkwistata wara l-31 ta’ Diċembru 2003.
NOTA: L-eżempji I sa N hawn fuq japplikaw ukoll fil-każ fejn it-trasferent ikun individwu.
NOTA: L-eżempji I sa K hawn fuq japplikaw ukoll fil-każ fejn il-propjetà tinsab f’żona magħżula speċjali.
O. Il-Kumpanija X xtrat art li tinsab f’żona magħżula speċjali qabel l-1 ta’ Jannar 2004, li ġiet żviluppata f’20 unità għall-bejgħ mill-ġdid. 10 minn dawn l-unitajiet li jiffurmaw parti mill-proġett li nbiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2014 kollha kienu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt peress li s-sid għażel li jeskludi l-ewwel trasferiment mis-sistema ta’ taxxa minn ras il-għajn finali. Avviż ta’ konvenju ġie rreġistrat mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 fir-rigward ta’ 5 unitajiet mhux mibjugħa li minnhom 3 se jiġu ttrasferiti qabel it-2 ta’ Jannar 2016 u t-tnejn l-oħra se jiġu ttrasferiti wara l-1 ta’ Jannar 2016. Il-5 unitajiet li jifdal li fir-rigward tagħhom ma ġiex irreġistrat avviż ta’ konvenju mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 huma mistennija li jinbiegħu wara l-1 ta’ Jannar 2016.
Il-5 unitajiet li fir-rigward tagħhom ingħata avviż ta’ konvenju lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014 se jibqgħu soġġetti għal taxxa ta’ 35% fuq il-profitt irrispettivament minn meta jinbiegħu.
Il-5 unitajiet li jifdal li għalihom ma ġiex irreġistrat avviż ta’ konvenju mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa se jkunu soġġetti għal taxxa ta’ 10% fuq il-valur tat-trasferiment peress li l-art ġiet akkwistata qabel l-1 ta’ Jannar 2004.
P. Il-Kumpanija X xtrat art fil-31 ta’ Diċembru 2008, li ġiet żviluppata f’20 unità għall-bejgħ mill-ġdid. L-ebda waħda minn dawn l-unitajiet ma nbiegħet sal-31 ta’ Diċembru 2014 u l-ebda avviż ta’ konvenju ma ngħata lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014, fir-rigward ta’ dawn l-unitajiet.
L-20 unità se jkunu soġġetti għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 8% fuq il-valur tat-trasferiment.
Q. Il-Kumpanija X xtrat art fil-31 ta’ Diċembru 2003, li ġiet żviluppata f’20 unità għall-bejgħ mill-ġdid. L-ebda waħda minn dawn l-unitajiet ma nbiegħet sal-31 ta’ Diċembru 2014 u l-ebda avviż ta’ konvenju ma ngħata lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa qabel is-17 ta’ Novembru 2014, fir-rigward ta’ dawn l-unitajiet.
L-20 unità se jkunu soġġetti għal taxxa minn ras il-għajn finali ta’ 10% fuq il-valur tat-trasferiment peress li l-art ġiet akkwistata qabel l-1 ta’ Jannar 2004.
The form was submitted successfully!