Mistoqsijiet Komuni dwar ir-Riċeviment tal-Kuntratti
1) Skeda 8 hija meħtieġa għal spazju tal-arja?
Le, Skeda 8 mhix meħtieġa għal spazju tal-arja. Skeda 8 hija meħtieġa biss għal proprjetà residenzjali.
2) Hija meħtieġa kopja tal-Causa Mortis meta nippreżenta Bejgħ li ġej mill-wirt?
Le, jekk il-kopja tal-Att tal-Causa Mortis tkun diġà ġiet sottomessa, ma jkunx hemm għalfejn terġa’ tiġi sottomessa.
3) Għall-Att ta’ Likwidazzjoni ta’ kumpanija li permezz tagħha proprjetà immobbli tiġi trasferita lill-azzjonist tagħha, hija meħtieġa Pjanta tar-Reġistru tal-Artijiet meta jiġu sottomessi l-formoli tat-taxxa?
Jekk tinħareġ eżenzjoni sħiħa ta’ kwalunkwe tip mill-Kummissarju tat- Taxxa u Dwana rigward it-trasferiment, allura mhijiex meħtieġa Pjanta tar-Reġistru tal-Artijiet.
4) Taċċetta l-formoli tat-Trasferiment tal-Ishma jekk l-ebda waħda mill-formoli triplikati ma hija ‘Oriġinali’?
Le, mhux aċċettabbli.
5) Jekk Regola 10 hija meħtieġa u l-Kontribwent li qed ibigħ ikollu l-arretrati xi jħallas qabel ma jsir l-att, l-arretrati jridu jitħallsu fl-Uffiċċji tas-CTD?
L-arretrati indikati f’Regola 10 għandhom jitħallsu fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-ħlas ma jistax isir online iżda permezz ta’ ċekk jew ordni tal-flus magħmula l-Maltapost. Iċ-ċekkijiet għandhom jitħallsu lill-Kummissarju tat-Taxxa u Dwana.
6) Ikolli bżonn Pjanta tar-Reġistru tal-Artijiet/Skeda 8 fejn il-Gvern/l-entitajiet tal-Gvern ikunu involuti bħala waħda mill-partijiet?
Le, f’każijiet bħal dawn mhijiex meħtieġa.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.