Jekk il-mejjet kellu xi proprjetà immobbli jew ishma f’Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata allura trid tmur għand in-Nutar tiegħek; jekk ma kellux, m’għandekx għalfejn tmur għand in-nutar tiegħek.
2) Writt propjetà, xi jmissni nagħmel?
Trid tqabbad nutar pubbliku biex ifassal att pubbliku dwar it-trasferiment tal-proprjetà mingħand il-mejjet lill-werrieta.
3) Kemm hija t-taxxa/l-boll fuq Causa Mortis.
5% fuq proprjetà immobbli. Madankollu, hemm eżenzjonijiet u rifużjonijiet li wieħed għandu jikkunsidra meta jikkalkula t-taxxa fuq causa mortis. Dan il-kalkolu jrid jinħadem minn Nutar
4) Il-konjuġi superstiti ma jħallsux taxxa fuq is-sehem tagħhom tad-dar tar-residenza.
Mill-01/01/2013, il-proprjetà li jirtu t-tfal u li tkun intużat bħala residenza mill-ġenituri tagħhom fl-aħħar tliet snin, hija eżentata mit-taxxa, dment li l-att isir fi żmien sena mill-mewt tad-deċedut. Jekk tgħaddi sena, iridu jitħallsu t-taxxi. Jiġifieri, hemm eżenzjoni għall-ewwel €35,000 għal sehem sħiħ u l-bqija jiġu ċċarġjati b’5% għal kull werriet.
Fuq il-proprjetà immobbli kollha hemm tnaqqis ta’€250 jekk it-taxxa totali ta’ kull werriet ma taqbiżx l-€2300 u l-att isir fi żmien sitt xhur mill-mewt tad-deċedut.
Jekk werrieta jgħixu f’xi waħda mill-proprjetajiet li jkunu ntirtu l-ewwel EUR 175,000 jiġu ċċarġjati bi 3.5%.
Fil-każ tal-użufruttwarji, it-taxxa tal-boll tinħadem skont l-età tagħhom.
5) X’inhuma l-imgħaxijiet fuq att ta’ causa mortis li jsir tard?
Wara li tgħaddi sena, hemm imgħax ta’ 8% fuq it-taxxa dovuta għal kull sena. Għal trasferimenti causa mortis li seħħew mill-1 ta’ Jannar 2020, ir-rata tal-imgħax hija ta’ 4% fis-sena.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.