Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali ta’ Klassi 2
Kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi għandhom jitħallsu mill-individwi kollha li jiksbu introjtu ta’ aktar minn €910 minn attività ekonomika u li mhumiex impjegati.
L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jiddefinixxi żewġ kategoriji ta’ persuni li huma meħtieġa jħallsu l-Kontribuzzjonijiet ta’ Klassi 2 kif ġej:
Persuni li Jaħdmu Għalihom Infushom - persuni li jaqilgħu introjtu minn Kummerċ, Negozju, Professjoni, Vokazzjoni jew minn kwalunkwe attività ekonomika oħra li jaqbeż €910 fis-sena.
Persuni b’Impjieg Indipendenti - persuni li jirċievu introjtu minn kirjiet, investimenti, qligħ kapitali jew minn kwalunkwe introjtu ieħor.
Ir-rati għall-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tat-Tieni Klassi huma bbażati fuq il-profitt jew l-introjtu nett annwali għas-sena ta’ qabel is-sena ta’ pagament tal-kontribuzzjoni.
| Income Nett Annwali € | Japplika Għal | |||||
| Kategorija | Minn | Sa | Rata ta’ Kull Ġimgħa | Bdiewa Full-Time(2) | Persuni b’Impjieg Indipendenti | Persuni li Jaħdmu Għalihom Infushom |
| SP* | 1,005 | 7,743 | 22.34 | mhux applikabbli | ✔ | ✘ |
| *Ir-rata SP tapplika biss għal persuni waħedhom li ma jaħdmux għalihom infushom. | ||||||
| SA | 910 | 9,203 | 26.55(1) | 21.24 | ✔ | ✔ |
| 1 €26.55 jew 15% tal-qligħ nett annwali jekk il-persuna hija mara li taħdem għal rasha part-time li l-qligħ nett annwali tagħha ma jaqbiżx l-€9,203 (ara n-NOTA 1 fil-qiegħ tal-paġna) | ||||||
| Persuni li twieldu sal-31 ta’ Diċembru 1961 | ||||||
| SB | 9,204 | 17,175 | 15% | 10% | ✔ | ✔ |
| SC | 17,176 | mhux applikabbli | 49.54 | 39.63 | ✔ | ✔ |
| Persuni li twieldu mill-1 ta’ Jannar 1962 ’il quddiem | ||||||
| SB | 9,204 | 18,400 | 15% | 10% | ✔ | ✔ |
| SC | 18,401 | mhux applikabbli | 53.08 | 42.46 | ✔ | ✔ |
1: Jekk il-persuna assigurata tagħżel li tħallas kontribuzzjoni li hija inqas minn €25.55, tali kontribuzzjoni tista’, jekk il-persuna tikkwalifika għal benefiċċju kontributorju jew pensjoni kontributorja, tirriżulta f’pagament ta’ benefiċċju kontributorju mnaqqas jew pensjoni kontributorja mnaqqsa.
2: Din ir-rata mnaqqsa hija applikabbli għal bdiewa fuq bażi full-time, kif identifikat mid-Dipartiment tal-Agrikoltura.
The form was submitted successfully!