Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali ta’ Klassi 2
Kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi għandhom jitħallsu mill-individwi kollha li jiksbu introjtu ta’ aktar minn Lm390 minn attività ekonomika u li mhumiex impjegati.
L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jiddefinixxi żewġ kategoriji ta’ persuni li huma meħtieġa jħallsu l-Kontribuzzjonijiet ta’ Klassi 2 kif ġej:
Persuni li Jaħdmu Għalihom Infushom - persuni li jaqilgħu introjtu minn Kummerċ, Negozju, Professjoni, Vokazzjoni jew minn kwalunkwe attività ekonomika oħra li jaqbeż Lm390 fis-sena.
Persuni b’Impjieg Indipendenti - persuni li jirċievu introjtu minn kirjiet, investimenti, qligħ kapitali jew minn kwalunkwe introjtu ieħor.
Ir-rati għall-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tat-Tieni Klassi huma bbażati fuq il-profitt jew l-introjtu nett annwali għas-sena ta’ qabel is-sena ta’ pagament tal-kontribuzzjoni.
| Income Nett Annwali Lm | Japplika Għal | ||||
| Kategorija | Minn | Sa | Rata ta’ Kull Ġimgħa | Persuni b’Impjieg Indipendenti | Persuni li Jaħdmu Għalihom Infushom |
| SP* | 430 | 2,999 | 8.66 | ✔ | ✘ |
| *Ir-rata SP tapplika biss għal persuni waħedhom li ma jaħdmux għalihom infushom. | |||||
| SA | 390 | 3,626 | 10.46 | ✔ | ✔ |
| SB | 3,627 | 7,048 | 15% | ✔ | ✔ |
| SC | 7,049 | mhux applikabbli | 20.34 | ✔ | ✔ |
The form was submitted successfully!