| Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali ta’ Klassi 1 | ||||||
| Kategorija | Deskrizzjoni | |||||
| A | Persuni taħt it-18-il sena li ma jaqilgħux aktar mill-ammont indikat hawn taħt. | |||||
| B | Persuni minn 18-il sena ’l fuq li ma jaqilgħux aktar mill-ammont indikat hawn taħt. | |||||
| C | Il-persuni kollha li l-paga bażika tagħhom ta’ kull ġimgħa hija bejn l-ammonti indikati hawn taħt. | |||||
| D | Il-persuni kollha li l-paga bażika tagħhom ta’ kull ġimgħa hija daqs jew taqbeż l-ammont indikat hawn taħt. | |||||
| E | Studenti* taħt it-18-il sena. | |||||
| F | Studenti* minn 18-il sena ’l fuq. | |||||
| *Studenti li jkunu qegħdin jagħmlu kors ta’ studju jew tagħlim full-time taħt l-Iskema Student Ħaddiem, jew skemi oħrajn simili (inklużi l-Iskemi ta’ Taħriġ Estiż fis-Snajja’, iżda esklużi l-Iskemi ta’ Ħaddiem Student) li jkunu jinvolvu perjodi separati ta’ xogħol u studju li għalihom ikunu qegħdin jirċievu remunerazzjoni. | ||||||
2026 | ||||||
| Paga Bażika ta’ Kull Ġimgħa1€ | Rata ta’ Kull Ġimgħa Pagabbli 2€ | |||||
| Kategorija | Min | Sa | mill-Impjegat | mill-Impjegatur | Total | Maternità |
| A | 0.1 | 229.44 | 6.62 | 6.62 | 13.24 | 0.2 |
| B | 0.1 | 229.44 | 22.94* | 22.94 | 45.88 | 0.69 |
| *Jew jekk l-impjegat ikun jixtieq, 10% tal-paga bażika ta’ kull ġimgħa. Din ir-rata ta’ kontribuzzjoni tintitola lill-kontributur għal benefiċċji kontributorji pro rata | ||||||
| Persuni li twieldu sal-31 ta’ Diċembru 1961 | ||||||
| C | 229.45 | 490.38 | 10% | 10% | n/a | 0.30% |
| D | 490.39 | n/a | 49.04 | 49.04 | 98.08 | 1.47 |
| Persuni li twieldu mill-1 ta’ Jannar 1962 ’il quddiem | ||||||
| C | 229.45 | 559.3 | 10% | 10% | n/a | 0.30% |
| D | 559.31 | n/a | 55.93 | 55.93 | 111.86 | 1.68 |
| E | n/a | n/a | 10%Max.4.38 | 10%Max.4.38 | n/a | 0.3%Max.0.13 |
| F | n/a | n/a | 10%Max.7.94 | 10%Max.7.94 | n/a | 0.3%Max.0.24 |
1Paga bażika ta’ kull ġimgħa jew l-ekwivalenti ta’ kull ġimgħa tas-salarju bażiku ta’ kull xahar.
2Għar-rati Perċentwali, ir-rata pagabbli ta’ kull ġimgħa tiġi kkalkulata sal-eqreb ċenteżmu.
The form was submitted successfully!