Kontribwent jew persuna taxxabbli li hija persuna fiżika tista’ tissottometti formoli online b’rabta mal-affarijiet tat-taxxa personali u tal-VAT tiegħu stess billi juża l-e-ID personali tiegħu biss billi juża s-Servizzi Personali ta’ hawn taħt. Minflok, huwa jista’ jaħtar rappreżentant biex jippreżenta formoli elettroniċi f’ismu u juża s-Servizzi Assenjati u Delegati hawn taħt.
Jekk kontribwent jew persuna taxxabbli tkun kumpanija, sħubija jew persuna ġuridika oħra, din tista’ tippreżenta formoli elettronikament biss billi tuża s-Servizzi Assenjati u Delegati hawn taħt, jekk l-ewwel tkun ħatret rappreżentant għal dan il-għan billi tuża l-formoli xierqa li jistgħu jitniżżlu minn hawn.
Jekk jogħġbok segwi l-linji gwida li jistabbilixxu l-proċeduri hawn.
Kif taċċessa u tissottometti d-Dikjarazzjoni tal-VAT Online (Preżentazzjoni)
Servizzi tal-VAT Online (Preżentazzjoni)
Sottomissjoni online tad-Dikjarazzjoni tal-VAT ta’ Persuni rreġistrati għall-VAT skont l-artikolu 12 (Preżentazzjoni)
| Servizzi Personali | Servizzi Assenjati jew Delegati |
| Servizzi marbuta direttament mal-kontribwent | Servizzi delegati minn kontribwenti oħra |
Login bażiku tal-e-ID (username u password tal-e-ID) | Idħol billi tuża l-username u l-password tal-e-ID tiegħek u jew app fuq il-mobile tiegħek jew iċ-ċertifikat diġitali fuq il-Karta tal-Identità tiegħek (se jkollok bżonn readertal-cards). |
| Jekk jogħġbok irreferi għal din il- gwida għal aktar informazzjoni u gwida. Jekk jogħġbok irreferi għal din il- gwida biex tibdel il-mobile fl-awtentikatur b’żewġ fatturi. | |
Idħol | Idħol |
Maniġer tal-Aċċess Għar-Rappreżentanti tat-Taxxa b’Sottoutenti
Rappreżentant tat-Taxxa assenjat bħala Maniġer tal-Aċċess, skont il-formola MTCA01 (Reġistrazzjoni bħala Rappreżentant tat-Taxxa), jista’ jagħmel użu mill-Portal tal-Maniġer tal-Aċċess biex jassenja servizzi tal-klijenti lil sottoutenti.
(Login u password tal-e-ID)
Il-linji gwida dwar kif tuża l-Portal tal-Maniġer tal-Aċċess jistgħu jitniżżlu minn hawn.
Servizzi tal-VAT Online għal detenturi ta’ karti tal-identità mhux Maltin.
B’mod ġenerali l-aċċess għas-servizzi tal-VAT online barra mis-sistema tal-e-ID jingħata meta persuna ma tkunx tista tinħarġilha e-ID. Għal aktar informazzjoni.
The form was submitted successfully!