Il-Programm tal-Irtirar ta' Malta
"Il-Programm tal-Irtirar ta’ Malta (MRP)" huwa programm imfassal biex jattira ċittadini tal-UE, ċittadini mhux tal-UE, ċittadini taż-ŻEE u tal-Iżvizzera li mhumiex f’relazzjoni ta’ impjieg u li jirċievu pensjoni bħala s-sors regolari ta’ introjtu tagħhom. Individwi li jibbenefikaw minn dan il-Programm jista’ jkollhom kariga mhux eżekuttiva fuq il-bord ta’ kumpanija residenti f’Malta. Dan jimplika li l-benefiċjarju jkun ipprojbit milli jkun impjegat mill-kumpanija fi kwalunkwe kapaċità.
Dawn l-individwi jistgħu wkoll jieħdu sehem f’attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe istituzzjoni, trust jew fondazzjoni ta’ natura pubblika u kwalunkwe organizzazzjoni jew korp ta’ persuni simili ieħor, li huma wkoll ta’ natura pubblika, li huma involuti f’xogħol filantropiku, edukattiv jew ta’ riċerka u żvilupp f’Malta.
In-noti ta’ gwida dwar dawn id-dispożizzjonijiet huma disponibbli billi tikklikkja hawn.
The form was submitted successfully!