Taxxa fuq l-Income minn Xogħol Part-Time
Ir-rata u l-limitu indikati huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022.
X’inhuma l-benefiċċji tar-rata tat-taxxa part-time?
Persuna li taħdem part-time hija intaxxata b’rata fissa ta’ 10%. Din it-taxxa hija finali, b’hekk l-income derivat minn xogħol part-time m’għandux għalfejn jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali tat-taxxa fuq l-income minħabba li mhuwiex soġġett għal aktar taxxa.
Ir-rata ta’ 10% hija applikabbli fuq l-income part-time kollu, irrispettivament mill-ammont li ddaħħal?
Le, hija applikabbli biss sa massimu ta’ €10,000 fis-sena fil-każ ta’ impjieg part-time u sa massimu ta’ €12,000 fis-sena fil-każ ta’ impjieg indipendenti part-time. Jekk l-income part-time jaqbeż dawn l-ammonti se jkollok tiddikjara l-eċċess fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tiegħek.
Eżempju: Jekk l-income part-time tiegħek mill-impjieg kien ta’ €15,000, inti tħallas 10% fuq l-ewwel €10,000. Fuq il-€5,000 li jifdal se tiġi intaxxat bir-rati normali, u jekk inti non-filer il-€5,000 se jidhru fir-rendikont tat-taxxa tiegħek. Jekk tissottometti d-dikjarazzjoni tat-taxxa, kulma għandek tagħmel huwa li tehmeż l-FS3 u tiddikjara l-€5,000 taħt l-impjieg. Jekk il-€15,000 tal-part-time huma minn impjieg indipendenti trid tiddikjara €3,000 fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tiegħek.
Fil-każ ta’ koppja miżżewġa, jekk iż-żewġ konjuġi jikkwalifikaw għall-benefiċċju, huma intitolati għal €10,000 kull wieħed (impjieg) jew €12,000 kull wieħed (impjieg indipendenti).
Min jista’ jibbenefika?
Dawn li ġejjin jistgħu jibbenefikaw mir-rata ta’ 10%:
Din hija l-aktar kundizzjoni bażika li trid tiġi ssodisfata. Jekk din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata inti ma tistax tikkwalifika għal din ir-rata ta’ taxxa.
Dan ifisser li jekk naħdem biss part-time u m’għandix xogħol full-time, ma nikkwalifikax?
Jekk persuna waħidha jkollha impjieg part-time iżda ma tkunx impjegata full-time, dik il-persuna ma tikkwalifikax għall-benefiċċju. Madankollu xorta tista’ tikkwalifika jekk inti pensjonant jew student full-time.
Jekk individwu jkun miżżewweġ, anke jekk dik il-persuna taħdem biss part-time, xorta tista’ tibbenefika mir-rata ta’ part-time, dment li l-konjuġi tagħha jkollu impjieg full-time, ikun pensjonant jew student/apprendist.
Ix-xogħol part-time għandu neċessarjament ikun minn impjieg?
Le. Dment li tikkwalifika tista’ tibbenefika mir-rata ta’ 10%:
fuq impjieg part-time – ara hawn jew
fuq impjieg indipendenti part-time – ara hawn.
The form was submitted successfully!