Klarifika dwar il-Preżunzjoni ta' Tnaqqis
a. Meta pagatur li jkun responsabbli milli jagħmel, jew li jagħmel, pagament ta’ introjtu minn investiment li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(a)(iv)(1) ma jkunx persuna residenti f’Malta, u l-offerta pubblika rilevanti ma tkunx saret f’borża li tinsab f’Malta, allura ma jistax ikun raġonevolment mistenni li tali pagatur ikun konxju mill-imsemmija Dispożizzjonijiet dwar l-Introjtu minn Investiment u ma jkunx mistenni li jagħmel tnaqqis skont l-Artikolu 33 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income fir-rigward ta’ tali introjtu minn investiment. Għaldaqstant, il-preżunzjoni dwar it-tnaqqis li suppost kellu jsir skont l-Artikolu 38 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income ma tapplikax.
The form was submitted successfully!