L-Artikolu 22(6) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa fuq l-Income (Kap. 372 tal-Liġijiet ta’ Malta) jistipula li l-Kummissarju tat-Taxxa jista’ jaħtar bħala rappreżentant tat-taxxa kwalunkwe persuna li timpjega f’Malta individwu li ma jkunx domiċiljat f’Malta jew li, jekk ikun domiċiljat, ma jkunx normalment residenti f’Malta.
Hawnhekk qed jiġi ċċarat li, minkejja l-ambitu wiesa’ apparenti ta’ dan l-artikolu, il-ħatra ta’ rappreżentant tat-taxxa skont dan l-artikolu tiġi eżerċitata biss mill-Kummissarju tat-Taxxa f’dawk il-każijiet fejn l-individwu jkun meħtieġ japplika għal permess tax-xogħol biex jaħdem f’Malta.
Iċ-ċittadini tal-UE li m’għadhomx meħtieġa japplikaw għal permess tax-xogħol biex jaħdmu f’Malta u li ġew assenjati rappreżentant tat-taxxa jistgħu jikkuntattjaw lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa biex ir-rappreżentant tat-taxxa jitneħħa.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.