Il-Proprjetà Intellettwali – l-Artikolu 14(1)(m) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income
Hawnhekk qed jiġi ċċarat li:
(i) il-kliem li jinsab fl-Artikolu 14(1)(m) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income għandu jiġi interpretat li japplika fir-rigward ta’:
kwalunkwe nefqa ta’ natura kapitali mġarrba minn persuna fuq proprjetà intellettwali jew fuq kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali li jkunu ippruvati għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju li ntużaw jew ġew użati fil-produzzjoni tal-introjtu ta’ dik il-persuna:
Iżda kwalunkwe nefqa bħal din għandha tkun mifruxa b’mod ugwali fuq numru ta’ snin li m’għandux ikun inqas minn perjodu minimu ta’ tliet snin konsekuttivi, bl-ewwel sena tkun dik li fiha tkun saret in-nefqa msemmija jew is-sena li fiha l-proprjetà intellettwali jew id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu ntużaw jew ġew użati għall-ewwel darba fil-produzzjoni tal-introjtu.
Tabilħaqq, kwalunkwe nefqa ta’ natura kapitali fuq proprjetà intellettwali jew kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali li tkun mifruxa b’mod ugwali fuq perjodu minimu ta’ mill-inqas tliet snin konsekuttivi għandha titqies li tikkostitwixxi mod raġonevoli li bih tali nefqa tista’ tinfirex tul il-ħajja ta’ tali proprjetà intellettwali jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
(ii) fil-każ ta’ trasferimenti ta’ proprjetà intellettwali jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali miżmuma bħala assi kapitali, it-tassazzjoni ta’ kwalunkwe somma riċevibbli minnhom għandha tiġi rregolata esklussivament mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Din il-Linja Gwida għandha tapplika b’effett mis-sena ta’ stima 2017.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.