Diversi Servizzi tal-MTCA Online huma disponibbli għall-Kontribwenti, il-Prattikanti tat-Taxxa, l-Impjegaturi, id-Detenturi tal-VAT, il-Fornituri tad-Data u n-Nutara. Servizzi ġodda qed jiġu inkorporati gradwalment biex itejbu l-integrazzjoni u l-komunikazzjoni bejn il-Kontribwent u l-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana.
2. Liema servizzi huma disponibbli fuq is-Servizzi tal-MTCA Online?
4. Kif jista’ wieħed jirreġistra għas-Servizzi tal-MTCA Online?
Il-Prattikanti tat-Taxxa u d-Ditti tal-Awditjar jistgħu jirreġistraw għas-Servizzi tal-MTCA Online billi jużaw il-formola MTCA01 – “Reġistrazzjoni bħala Prattikant tat-Taxxa”. In-Nutara jistgħu jirreġistraw għas-Servizzi tal-MTCA Online għan-Nutara billi jużaw il-formola apposta MTCA05. Il-Fornituri tad-Data jistgħu jawtorizzaw lill-utenti jissottomettu d-Data f’isimhom billi jużaw il-formola MTCA04. L-impjegaturi u d-detenturi tal-VAT jistgħu jagħżlu li jawtorizzaw lill-utenti jissottomettu d-Data Rispettiva billi jimlew il-formola MTCA03.
Il-Kontribwenti individwali m’għandhom bżonn l-ebda formola biex jirreġistraw għas-Servizzi Personali tal-MTCA Online.
5. Kif jikkwalifika wieħed bħala Prattikant tat-Taxxa biex juża s-Servizzi tal-MTCA Online?
Skont l-A.L. 232 tal-2002, Regolamenti tal-2002 dwar Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Taxxa fuq l-Income), “prattikant tat-taxxa” (tax practitioner) tfisser persuna jew ditta li jkollha warrant maħruġ skont l-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy jew li tkun membru tal-Malta Institute of Taxation.
Skont l-istess regolamenti Prattikant tat-Taxxa irid ikun irreġistrat mal-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana.
6. X’għandi nagħmel biex nirreġistra bħala Prattikant tat-Taxxa u nuża s-Servizzi tal-MTCA Online?
Biex tirreġistra bħala Prattikant tat-Taxxa, persuna trid tkun Kontabilist Pubbliku Ċertifikat (CPA) b’Numru tal-Warrant Malti validu maħruġ mill-Bord tal-Kontabbiltà, u/jew tkun membru tal-Malta Institute of Taxation (MIT).
Ditta tal-Awditjar tista’ tirreġistra bħala wkoll Prattikant tat-Taxxa madankollu l-applikant irid jissodisfa wieħed mir-rekwiżiti ta’ hawn fuq.
Din li ġejja hija gwida fil-qosor tal-proċess ta’ Reġistrazzjoni pass pass:
i. Irreġistra bħala Prattikant tat-Taxxa u jekk inti Ditta tal-Awditjar, irreġistra lill-utenti tiegħek biex jużaw is-Servizzi MTCA Online, billi timla l-MTCA01 u tibgħat kopja skennjata lil [email protetta]
ii. Il-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana jipprovdilek Numru ta’ Prattikant tat-Taxxa li għandu jintuża meta tissottometti l-formola MTCA02. Din tal-aħħar hija meħtieġa biex tagħti aċċess online għad-diversi servizzi elettroniċi tal-MTCA lill-Prattikanti tat-Taxxa. Il-formoli MTCA02 għandhom jintbagħtu bħala dokumenti skennjati permezz ta’ email lil [email protetta]
iii. Is-servizzi jiġu attivati ladarba dawn il-formoli jiġu pproċessati mill-MTCA.
7. Il-Kummissarju għat-Taxxa u d-Dwana jipprovdi assistenza dwar l-użu tas-Servizzi tal-MTCA Online?
Tista’ tikkuntattja lill-Helpdesk tas-Servizzi tal-Web tad-dipartiment fuq in-numru tat-telefown 153 (għaċ-ċittadini) u 144 (għan-negozji) matul il-ħinijiet tal-uffiċċju.
8. X’inhuma l-Isem tal-Utent u l-Password?
L-Isem tal-Utent u l-Password huma regolati minn Identity Malta permezz tal-awtentikazzjoni tal-e-ID. Aktar informazzjoni relatata ma’ kif tuża l-e-id u l-Password hija disponibbli minn hawn.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.