Għall-fini tal-artikolu 5A(5)(e) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, id-definizzjoni ta’ “proġett” imsemmija fl-Artikolu 5A(2)(a) tal-Att imsemmi għandha teskludi art akkwistata mis-sid u diviża għat-trasferiment f’aktar minn porzjon trasferibbli wieħed, sakemm:
a. L-art tiġi ttrasferita mis-sid fl-istess stat ta’ meta ġiet akkwistata (jiġifieri ma jkun sar l-ebda skavar jew kwalunkwe xogħol ieħor fuq il-proprjetà); u
b. Ma jkun inħareġ l-ebda permess mill-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA) matul il-perjodu ta’ sjieda mis-sid li jissanzjona l-iżvilupp tal-art f’aktar minn unità trasferibbli waħda; sakemm il-permess approvat ma jkunx skont il-pjan lokali tal-art meta l-art kienet ġiet akkwistata mis-sid imsemmi.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.