Is-Sistema Manifest
M. Liema brawżers huma kompatibbli mal-Applikazzjoni Manifest.
T. Internet Explorer biss juri Manifest b’mod korrett (verżjoni 8 sa 11). Sfortunatament, Google Chrome, Apple Safari u Mozilla Firefox mhumiex kompatibbli.
M. L-Internet Explorer tiegħi mhux qed juri l-kontenut kif suppost.
T. Jekk l-Internet Explorer tiegħek ma jurix il-kontenut kif suppost (l-Applikazzjoni Manifest mingħajr listi li jinżlu), jista’ jkollok bżonn tapplika s-settings tal-“compatibility view”. Għal IE11(b’Manifest miftuħa), ikklikkja fuq l-ikona tar-rota tal-ingranaġġ fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-brawżer tiegħek u mil-lista li tinżel ikklikkja “compatibility view settings”. Fit-tieqa li tiftaħ ikklikkja add u mbagħad close biex tlesti l-proċedura.
Għas-settings tal-kompatibbiltà mal-IE10 ara d-dokument mehmuż
Sir af aktar
M. Qed naħdem bil-Windows10 u Manifest mhux qed tidher kif suppost.
T. Iċċekkja jekk intix qed tħaddem Microsoft Edge u jekk iva ara d-dokument mehmuż
Sir af aktar
M. X’bidliet għandhom jiġu applikati sabiex jiġi inkluż il-kamp MRN fil-Manifest?
T. Il-bidliet li jridu jiġu applikati jistgħu jinstabu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Interfaċċa tal-Fajl XML Manifest e-Biscus. Sir af iktar
The form was submitted successfully!