Simplifikazzjonijiet u Emendi fil-Mudell tad-Data Doganali tal-UE (EUCDM, EU Customs Data Model)
Il-Mudell tad-Data Doganali tal-UE (EUCDM) huwa l-mudell għas-sistemi Doganali trans-Ewropej, bħall-NCTS (New Computerised Transit System – Sistema ta’ Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata), l-AES (Automated Export System – Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni), l-ICS (Import Control System – Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni), l-EOS (Economic Operators System – Sistema tal-Operaturi Ekonomiċi) u għas-sistemi nazzjonali tal-iżdoganar tal-Istati Membri.
L-objettiv ġenerali tiegħu huwa li jipprovdi strument tekniku li jirrifletti r-rekwiżiti tad-data stabbiliti fil-Leġiżlazzjoni doganali tal-UE u li jippreżenta sors uniku u ġenwin ta’ informazzjoni għall-iżviluppi tekniċi tas-sistemi differenti tal-IT li jintużaw għall-ipproċessar tad-data mid-dwana fl-UE.
Is-sinsla tal-EUCDM hija d-data pprovduta min-negozjanti lill-awtoritajiet doganali fid-diversi dikjarazzjonijiet u notifiki meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni doganali tal-UE.
Ir-rekwiżiti tad-data huma definiti fl-AD-KDU (l-Att Delegat tal-KDU), u l-formati u l-kodiċijiet tagħhom huma definiti fl-AI-KDU (l-Att ta’ Implimentazzjoni tal-KDU).
Waħda mir-raġunijiet ewlenin li d-Dwana ta’ Malta aġġornat is-CES għal NIS u NES kienet sabiex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) fid-dawl tad-diversi sistemi tal-IT li se jiġu implimentati sal-2025. Il-KDU jistipula li l-komunikazzjoni kollha bejn il-Kummerċ u d-Dwana trid tkun elettronika.
Id-Dipartiment tad-Dwana qed iħejji għall-bidliet f’dawn li ġejjin:
Għandu jkun possibbli għall-Operaturi Ekonomiċi li jippreżentaw dikjarazzjoni qabel il-wasla tal-oġġetti. Madankollu, l-oġġetti jridu jiġu ppreżentati lid-dwana fi żmien 30 jum mill-preżentazzjoni, inkella d-dikjarazzjoni ma tibqax valida.
Dikjarazzjoni tas-Sikurezza u s-Sigurtà tal-Importazzjoni (ENS)
It-trasportatur tal-oġġetti għandu obbligu legali li jiżgura li tiġi sottomessa dikjarazzjoni elettronika ta’ Sikurezza u Sigurtà għall-oġġetti kollha abbord. Din trid tiġi sottomessa lid-Dwana ta’ Malta qabel it-tluq mill-pajjiż mhux tal-UE fejn Malta hija l-ewwel port tal-waqfa. Din id-dikjarazzjoni tissejjaħ Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul (ENS) u tiġi ppreżentata fl-ICS 2 (Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2).
Fil-futur qarib, id-Dipartiment tad-Dwana se joffri wkoll is-simplifikazzjonijiet li ġejjin:
1. Dikjarazzjoni Doganali Simplifikata (Artikolu 166 tal-KDU)
Din l-awtorizzazzjoni tippermetti lill-operatur ekonomiku jħaffef il-loġistika;
L-awtorizzazzjoni tingħata lil AEOC jew lil EOs li jissodisfaw ċerti kriterji tal-AEO;
Sett ta’ data mnaqqas għal żdoganar aktar rapidu;
Dikjarazzjoni supplimentari għandha ssegwi fi żmien perjodu stipulat miftiehem mad-dwana.
X’inhu Żdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni (CCI, Centralised Clearance for Import)?
L-iżdoganar ċentralizzat waqt l-Importazzjoni (CCI) huwa waħda mis-simplifikazzjonijiet marbuta mat-tqegħid tal-oġġetti taħt proċedura doganali tal-KDU. Is-CCI huwa simplifikazzjoni li tinvolvi benefiċċji sinifikanti għan-negozjanti bbażati fi ħdan l-UE, peress li l-Operatur Ekonomiku (EO) jista’ jippreżenta d-dikjarazzjonijiet doganali għall-importazzjoni f’punt partikolari fl-UE f’uffiċċju doganali fi ħdan l-Istat Membru fejn ikun stabbilit (l-Uffiċċju Doganali tas-Sorveljanza għall-Iżdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni – SCI) filwaqt li l-oġġetti qed jiġu ppreżentati fiżikament f’ uffiċċju doganali fi Stat Membru ieħor (l-Uffiċċju Doganali tal-Preżentazzjoni għall-Iżdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni – PCI).
Vantaġġi tal-proċedura ta’ Żdoganar Ċentralizzat:
X’inhuma r-rekwiżiti biex tapplika għall-awtorizzazzjoni tas-CCI?
Ir-rekwiżit ewlieni biex tapplika għall-awtorizzazzjoni tas-CCI huwa li jkollok awtorizzazzjoni valida u status ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat għas-simplifikazzjonijiet (AEOC).
Għandha ssir talba lill-Awtorità Doganali fi ħdan l-uffiċċju doganali tas-Sorveljanza biex jingħata aċċess lill-applikant għas-CDS (Customs Decision System – Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali) L-AEOs għandhom japplikaw mill-inqas 120 jum qabel ikollhom l-intenzjoni li jużaw il-proċedura tas-CCI.
Referenzi addizzjonali:
CCI Fażi 1 Gwida tan-Negozju u CCI P1 Gwida tan-Negozju li takkumpanja l-islides – Żdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni – Kummissjoni Ewropea (europa.eu)
Kors tal-modulu ta’ tagħlim elettroniku dwar is-CCI għall-Operaturi Ekonomiċi u l-Uffiċjali Doganali – Kors: Żdoganar Ċentralizzat tal-UE għall-Importazzjoni (CCI), Fażi 1, Suġġett: en (europa.eu)
3. Entrata fir-Rekords tad-dikjarant (EIDR) (Artikolu 182 tal-KDU)
Id-detentur ta’ din l-awtorizzazzjoni jista’ jippreżenta dikjarazzjoni doganali fil-forma ta’ entrata fir-rekords tad-dikjarant diment li d-dettalji ta’ dik id-dikjarazzjoni jkunu għad-dispożizzjoni tad-dwana fil-mument tal-preżentazzjoni tagħha.
L-entrata fir-rekords tad-dikjarant tista’ ssir jew bil-preżentazzjoni tal-oġġetti jew mingħajr il-preżentazzjoni. Għal dawn tal-aħħar għandhom jiġu ssodisfati kundizzjonijiet addizzjonali. Din l-awtorizzazzjoni hija limitata għal AEOC.
4. Awtovalutazzjoni (Artikolu 185 tal-KDU)
Tippermetti lill-EO jwettaq formalitajiet doganali li normalment jitwettqu mill-awtoritajiet doganali.
Il-formalitajiet doganali għandhom jiġu nnegozjati mal-awtoritajiet doganali u r-regoli se jiġu stabbiliti waqt l-awtorizzazzjoni.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja:
The form was submitted successfully!