Allowances għall-Vjaġġaturi fuq Oġġetti Akkumpanjati Minn Pajjiżi Mhux tal-UE jew tal-UE
Minn Pajjiżi Mhux tal-UE
Dieħel f’Malta minn pajjiż mhux tal-UE u qed iġġorr oġġetti li huma maħsuba esklussivament għall-użu personali tiegħek. Dawn l-oġġetti li ma jridux jaqbżu l-kwantità u l-limiti tal-valur għandhom jiġu eżentati mid-dazju tal-importazzjoni, id-dazju tas-sisa u t-taxxa fuq il-valur miżjud skont id-dispożizzjonijiet tal-Leġiżlazzjonijiet Nazzjonali u tal-UE
Il-kwantitajiet u l-limiti tal-valur għal kull vjaġġatur huma kif ġej:
(a) Prodotti tat-Tabakk, jekk importati minn vjaġġaturi ta’ mill-inqas 17-il sena:
200 sigarett; jew
100 cigarillo (ikopri s-sigarri kollha b’piż massimu ta’ 3 grammi kull wieħed); jew
50 sigarru; jew
250g tabakk għat-tipjip; jew
kwalunkwe kombinazzjoni tal-prodotti tat-tabakk imsemmija hawn fuq. (Eżempju 100 sigarett u 50 cigarillo)
(b) Xarbiet Alkoħoliċi, jekk importati minn vjaġġaturi ta’ mill-inqas 17-il sena:
total ta’ Litru ta’ alkoħol u xarbiet alkoħoliċi ta’ qawwa alkoħolika li taqbeż it-tnejn u għoxrin fil-mija (22%) vol., jew alkoħol etiliku mhux żnaturat ta’ tmenin fil-mija (80%) vol. u aktar; jew
total ta’ 2 Litri ta’ alkoħol u xarbiet alkoħoliċi ta’ qawwa alkoħolika li ma taqbiżx it-22% vol.; jew
kwalunkwe kombinazzjoni tal-alkoħol u x-xarbiet alkoħoliċi msemmija hawn fuq. (Eżempju 1/2 Litru ta’ alkoħol u xarbiet alkoħoliċi ta’ qawwa alkoħolika li taqbeż it-tnejn u għoxrin fil-mija (22%) vol. u Litru ta’ alkoħol u xarbiet alkoħoliċi ta’ qawwa alkoħolika li ma taqbiżx it-22% vol.) u
total ta’ 16-il Litru birra; u
total ta’ 4 Litri nbid mingħajr gass
(c) Oġġetti, minbarra l-prodotti tat-tabakk u x-xarbiet alkoħoliċi msemmija hawn fuq sa valur ta’ €430
Id-dazju tas-sisa fuq oġġetti soġġetti għas-sisa akkwistati minn individwu privat għall-użu personali u ttrasportati mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed lejn Malta minn dan l-individwu privat, għandu jiġi impost biss fl-Istat Membru li fih jiġu akkwistati l-oġġetti soġġetti għas-sisa.
Dawn li ġejjin huma livelli gwida tal-oġġetti soġġetti għas-sisa li jistgħu jinġiebu Malta:
(a) għall-prodotti tat-tabakk:
sigaretti: 800 unità,
cigarillos (sigarri li ma jiżnux aktar minn 3 g kull wieħed): 400 unità,
sigarri: 200 unità,
tabakk tat-tipjip: 1.0 kg
(b) għax-xarbiet alkoħoliċi:
xorb spirituż: 10 l,
prodotti intermedji: 20 l,
inbejjed: 90 l (inkluż massimu ta’ 60 l ta’ nbejjed frizzanti),
birer: 110 l.
Sabiex jiddeterminaw jekk l-oġġetti soġġetti għas-sisa jkunux maħsuba għall-użu proprju ta’ individwu privat, l-Awtoritajiet Doganali għandhom iqisu:
(a) l-istatus kummerċjali tad-detentur tal-oġġetti soġġetti għas-sisa u r-raġunijiet għaż-żamma tagħhom,
(b) il-post fejn jinsabu l-oġġetti soġġetti għas-sisa jew, jekk xieraq, il-mezz ta’ trasport użat,
(ċ) kwalunkwe dokument relatat mal-oġġetti soġġetti għas-sisa,