Taħriġ
Formoli tal-Applikazzjoni tat-Taħriġ
M. Għandi l-ħsieb li nitgħallem kif indaħħal dikjarazzjonijiet Doganali għall-Moduli tas-CES. Id-Dipartiment tad-Dwana jipprovdi taħriġ għall-kummerċjanti?
A. It-Taqsima tat-Taħriġ tad-Dipartiment tad-Dwana (email:[email protected] u/jew fuq in-numri tat-telefown (23783555/6/7)) tipprovdi taħriġ lin-kummerċjanti meħtieġ għall-Moduli ta’ Importazzjoni, Esportazzjoni u Manifesti fuq talba.
M. Jiena skedat li nattendi sessjoni ta’ taħriġ. Kif nista’ nsib is-swali tat-Taħriġ tad-Dwana fil-Groupage Bonds Complex ta’ Ħal Far?
T. Inti u ssuq fit-Triq ta’ Ħal Far fid-direzzjoni lejn il-Malta Freeport, għaddi minn quddiem il-Barracks ta’ Ħal Far u l-ETC. Imbagħad eżatt qabel l-impjant tar-Riċiklaġġ għandek issib kemm il-parkeġġ kif ukoll id-Daħla Prinċipali (it-tnejn fir-ritratti ta’ hawn taħt) tal-Groupage Bonds Complex ta’ Ħal Far. Is-swali tat-Taħriġ tad-Dwana jinsabu hemmhekk.
The form was submitted successfully!