Xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk imħallsa bid-dazju (oġġetti tas-sisa) akkwistati minn individwu privat għall-użu tiegħu/tagħha u ttrasportati personalment minn Stat Membru tal-UE lejn Malta, huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14A tal-Att Dwar Dazju Tas-Sisa (Kapitolu 382) u Artikolu 32 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa.
Il-vjaġġaturi fl-UE għandhom ikunu jafu li l-livelli minimi ta’ gwida applikabbli fl-UE kollha, bħala forma biss ta’ evidenza li tali oġġetti huma maħsuba għall-użu ta’ individwu privat, huma stabbiliti fis-subartikolu 32 (3) tad-Direttiva msemmija hawn fuq.
Xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk importati għal skopijiet mhux kummerċjali minn persuni li jivvjaġġaw minn pajjiżi mhux tal-UE lejn Malta huma eżentati mid-dazju tas-sisa skont id-dispożizzjonijiet ta’ AL 72 tal-2009 u d-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u mid-dazju tas-sisa ta’ oġġetti importati minn persuni li jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi. Tali eżenzjonijiet mid-dazji tas-sisa huma soġġetti għal-limiti kwantitattivi indikati fir-regolamenti 7 u 8 tal-AL 72 tal-2009, jiġifieri, kif ġej:
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/118/KE
MOVIMENT U TASSAZZJONI TA’ OĠĠETTI TAS-SISA WARA IR-RILAXX GĦALL-KONSUM TAQSIMA 1 Akkwist minn individwi privati Artikolu 32
(a) l-istatus kummerċjali tad-detentur tal-oġġetti tas-sisa u r-raġunijiet tiegħu biex iżommhom;
(b) il-post fejn jinsabu l-oġġetti tas-sisa jew, jekk ikun il-każ, il-mod ta’ trasport użat;
(c) kwalunkwe dokument relatat mal-oġġetti tas-sisa;
(d) in-natura tal-oġġetti tas-sisa;
(e) il-kwantità tal-oġġetti tas-sisa.
(a) Għal prodotti tat-tabakk:
Sigaretti: 800
Sigarri żgħar (sigarri jiżnu mhux aktar minn 3g kull wieħed): 400
Sigarri: 200
tabakk għat-tipjip: 1kg;
(b) Għal xorb alkoħoliku:
Spirti: 10 litri,
Prodotti intermedji: 20 litru,
Inbid: 90 litru (inkluż il-massimu ta’ 60 litru ta’ nbid frizzanti),
Birra: 110 litru
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “mod atipiku ta’ trasport” għandu jfisser it-trasport ta’ fjuwils għajr fit-tankijiet tal-vetturi jew f’tankijiet ta’ fjuwil ta’ riżerva xierqa u t-trasport ta’ prodotti ta’ tisħin likwidu għajr permezz ta’ tankers użati f’isem negozjanti professjonali.
Aġġornat 18/12/2020- Id-Direttorat tas-Sisa tad-Dwana
Artikolu 14A tal-Att dwar Dazju tas-Sisa (Kapitolu 382)
Artikolu 32 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE
AL 72 tal-2009
The form was submitted successfully!