Il-proprjetà personali ta’ persuni li jittrasferixxu l-post ta’ residenza normali tagħhom minn pajjiż mhux Ewropew għal Malta hija ammessa ħielsa minn Dazji tal-Importazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/09 sakemm:
L-eżenzjoni tista’ tingħata biss lil persuni:
L-affarijiet personali jinkludu ħwejjeġ, għamara, għodda tas-sengħa li tista’ tinġarr u affarijiet oħra li normalment jinstabu madwar id-dar, roti u muturi, vetturi bil-mutur privati u l-karrijiet tagħhom, karavans tal-kampeġġ, opri tal-baħar għar-rikreazzjoni u ajruplani privati.
Oġġetti ristretti jinkludu drogi, armi tan-nar, materjal pornografiku, materjal indiċenti jew oxxen li jinvolvi tfal, imwies bil-molla u armi offensivi oħra, muniti foloz, trażmettituri tar-radju (walkie talkies, radjijiet CB u ċerti tipi ta’ apparat li jsejjaħ l-għasafar eċċ) mhux approvati għall-użu f’Malta, laħam, tjur jew prodotti oħra tal-annimali, pjanti u prodotti tal-pjanti inklużi siġar u arbuxelli, ħxejjex, frott, basal u żrieragħ; annimali u għasafar kemm jekk ħajjin, mejtin, kif ukoll ibbalzmati, partijiet u oġġetti derivati minn speċijiet protetti inklużi ġlud u fer, avorju, ġilda tar-rettili, qroll iebes u oġġetti magħmula minnhom.
Depożitu fi flus kontanti jinġabar bħala garanzija u jiġi rrimborżat wara sena mid-data tal-aħħar kunsinna ta’ oġġetti personali importata jew sena wara li l-importatur jistabbilixxi r-residenza tiegħu, skont liema data tiġi l-aħħar. Jista’ jiġi rrimborżat ladarba l-importatur juri li attwalment stabbilixxa r-residenza u li qatta’ mill-inqas tnax-il xahar f’Malta fl-aħħar sena, u li l-oġġetti importati ħielsa minn dazji ta’ importazzjoni jkunu għadhom fil-pussess tiegħu.
L-importazzjonijiet ta’ Oġġetti Personali jridu jiġu pproċessati mit-Taqsima tas-Servizzi tal-Klijenti (Dwana).
Kif tiġi rrilaxxata l-merkanzija mid-dwana
Id-dokumentazzjoni li ġejja hija meħtieġa:
Mal-importazzjoni ta’:
L-oriġinali/il-kopja ta’ fattura kummerċjali jew kuntratt ta’ xiri u l-Log Book huma meħtieġa. Irid jinkiseb ir-rilaxx minn Transport Malta u l-Pulizija. Il-valuri jridu jiġu approvati mill-Uffiċjali tal-Valutazzjoni tad-Dwana;
Formola ta’ Dikjarazzjoni Doganali ta’ importazzjoni ta’ vettura bil-mutur privata li għandha timtela u tiġi ffirmata mill-importatur u xhud għall-firma.
Id-dikjarazzjoni ma tiġix approvata qabel ma jitħallas id-depożitu fl-uffiċċju tal-flus kontanti.
Id-depożiti għandhom jinħadmu kif ġej:
Nissuġġerixxu lill-importaturi jfittxu s-servizzi ta’ wieħed mill-aġenti tal-ikklerjar u spedizjoniera liċenzjati li huma aktar familjari mal-ikklerjar tal-oġġetti domestiċi.
Rifużjoni tad-Depożitu
The form was submitted successfully!