Id-Dwana Tikkontrolla l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ oġġetti foloz minn vjaġġaturi.
X’inhuma r-regoli?
Il-liġi Internazzjonali dwar Att dwar Drittijiet dwar Proprjetà Intellettwali (miżuri intrakonfini) [Kap. 414] (Att Nru. VIII tal-2000) u Regolament tal-Kunsill 608/2013 tipprojbixxi l-importazzjoni/esportazzjoni ta’ oġġetti foloz.
L-estratti ta’ hawn taħt japplikaw għall-bagalji tal-vjaġġaturi. L-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nazzjonali dwar l-IPR Kapitolu 414.
(3) Dan l-Att m’għandux japplika għal oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali li jinsabu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi fil-limiti stabbiliti fir-rigward ta’ eżenzjoni mid-dazju doganali.
L-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-KE 608/13.
4. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali li jinsabu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi.
Aġġornat 28/5/20 Direttorat tal-Infurzar
The form was submitted successfully!