“Beneffiċji min Impjieg jew Kariga” tfisser kwalunkwe benefiċċju pprovdut jew meqjus li huwa pprovdut minħabba impjieg jew kariga. Il-bażi għat-tassazzjoni tal-perkaċċi hija l-Artikolu 4(1)(b) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, li japplika għall-qligħ jew il-profitti kollha derivati minn impjieg jew kariga, irrispettivament minn jekk jiġux riċevuti fi flus kontanti jew in natura, u jekk jiġux riċevuti f’termini tal-kundizzjonijiet normali tal-kuntratt ta’ servizz jew permezz ta’ allowance speċjali jew ex gratia. L-introjtu minn impjieg jew kariga rrapportat fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa għandu għalhekk jinkludi l-valur tal-beneffiċji min impjieg jew kariga, u min iħaddem għandhom iqisu l-beneffiċji min impjieg jew kariga pprovduti lill-impjegati tagħhom taħt is-sistema tal-FSS. Il-benefiċjarji li jonqsu milli jiddikjaraw il-beneffiċji min impjieg jew kariga se jkunu soġġetti għal taxxa addizzjonali għal ommissjoni kif ikkontemplat mill-Atti dwar it-Taxxa fuq l-Income. Persuni li jħaddmu li jonqsu milli jirrapportaw il-beneffiċji min impjieg jew kariga kif suppost u fil-ħin se jkunu suġġetti għal penali.
The form was submitted successfully!