DATI TAL-GĦELUQ TAD-DIKJARAZZJONIJIET FIL-VIĊIN

Regoli dwar id-Dazju fuq Dokumenti u Trasferimenti – Dokumentazzjoni Adizzjonali Meħtieġa

L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta (MTCA) tixtieq tinforma lill-kontribwenti li Avviż Legali 158 tal-2026 Regoli tal-2026 li jemendaw ir-Regoli dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fit-22 ta’ Mejju 2026, introduċa emendi għar- Regoli dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (L.S. 364.06).

Dawn l-emendi jistabbilixxu ħtieġa ta’ dokumentazzjoni addizzjonali f’każijiet fejn tiġi sottomessa valutazzjoni minn Perit għall-iskop li jiġi ddeterminat il-valur ta’ ishma jew il-valur ta’ kumpanija skont ir-Regoli 11 u 12.

Għaldaqstant, b’effett mill-1 ta’ Settembru 2026, għall-ipproċessar tad-dokumentazzjoni tat-trasferiment ta’ ishma mill-MTCA, hu obbligatorju li jkun hemm pjanta tas-sit maħruga mir-Reġistru tal-Artijiet, immarkata kif suppost, iffirmata u ttimbrata minn Perit.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali hawn.

 

Select a choice
SEGWINA
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By using our website you consent to our use of cookies.
Status Update

The form was submitted successfully!